Home One News Il-PES ilaqqa’ kungress importanti f’Liżbona

Il-PES ilaqqa’ kungress importanti f’Liżbona

3
0
SHARE
Advertisement

F’Liżbona, il-Portugall, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qed ilaqqa’ kungress importanti. Dan fid-dawl tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew f’ Mejju li ġej fejn l-Ewropa trid tiddeċiedi x’tip ta’ direzzjoni se tieħu għal ħames snin li ġejjin. Bit-tema Fair, Free, Sustainable: The Progressive Europe We Want il-partiti soċjalisti Ewropej qed jitkellmu dwar kif iridu Ewropa iktar ġusta u progressiva.

Il-Partit Soċjalista Ewropew se jkun qed jiddikjara lill-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Franz Timmermans bħala l-kandidat ewlieni tiegħu għal President tal-Kummissjoni Ewropea f’Mejju li ġej. L-Olandiż Timmermans kien fdat bi kwistjonijiet importanti fil-Kummissjoni ta’ Jean Claude Juncker anke għaliex hu kien il-Viċi-President ewlieni.

Timmermans mistenni jindirizza l-kungress fil-Portugall għada s-Sibt bħalma mistennija jagħmlu wkoll il-Prim Ministri ta’ Malta, Spanja u l-Portugall.
Delegazzjoni tal-Partit Laburista Malti qed tkun involuta f’numru ta’ laqgħat importanti li jvarjaw minn dawk taż-żgħażagħ, nisa, LGTIQ+ u anke komunikazzjoni.

Laqgħat li bdew il-Ħamis u jissoktaw sas-Sibt meta l-qofol jintlaħaq bid-diskorsi tal-Prim Ministru Malti. F’dawn il-laqgħat ir-rappreżenanti tal-Partit Laburista Malti mhux biss qed jitkellmu dwar is-suċċess li qed tikseb Malta u kif dan jista’ jservi ta’ eżempju għall-Ewropa, iżda għandhom l-irwol li jimmarkaw ukoll pożizzjonijiet ċari fejn il-politika Ewropea tista’ timmina l-interess nazzjonali.

F’Liżbona nġabru wkoll mijiet ta’ attivisti li huma wkoll qed jikkontribwixxu bl-ideat tagħhom dwar x’tip ta’ Ewropa għandu jkollna fis-snin li ġejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here