Home One News EUROSTAT: Malta bl-ikbar tkabbir ekonomiku u bl-ikbar żieda fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha...

EUROSTAT: Malta bl-ikbar tkabbir ekonomiku u bl-ikbar żieda fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-UE

3
0
SHARE
Advertisement

L-Uffċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat kkonferma li fit-tielet kwart ta’ din is-sena, Malta kellha l-akbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u anke dawk fiż-Żona Ewro.

Ċifri tal-Eurostat juru li l-Prodott Domestiku Gross f’Malta bejn Lulju u Settembru żdied bi 3.6% u laħaq 7.9% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

It-tkabbir ekonomiku ta’ Malta kien erba’ darbiet aktar il-medja tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fit-tielet kwart tas-sena kien ta’ 1.6% fiż-Żona Ewro u 1.8% fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Fi statistika oħra tal-Eurostat, ħareġ ukoll li matul l-istess perjodu Malta kellha l-akbar tkabbir fl-impjieg fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here