Home One News Ara x’jiġri meta l-mużika ssir ħaġa waħda mal-umanità

Ara x’jiġri meta l-mużika ssir ħaġa waħda mal-umanità

2
0
SHARE
Advertisement

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ prova li l-arti u l-mużika jistgħu jingħaqdu mal-umanità ta’ kull wieħed u waħda minnha, nistgħu nsibuha f’wirja mill-isbaħ li s-Saint Paul Chamber Ensemble kellha f’sensiela ta’ kunċerti fil-Polonja.

Fost għadd ta’ kunċerti fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju tal-Indipendenza Pollakka u l-mitt anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-Gran Polonja, f’Novembru, spikka workshop fi skola ma’ tfal b’diżabilità.

Dan it-tour sar fuq l-inizjattiva tal-Ambaxxata Maltija f’Varsavja, b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, u bis-sehem tal-Kor Rotondo ta’ Poznan.

Il-kunċerti fil-Polonja inkludew repertorju vast ta’ xogħlijiet klassiċi u kontemporanji, u kiseb kliem ta’ tifħir għall-Messa da Requiem, b’numru ta’ kunċerti ntemmu bl-udjenza fuq saqajha f’applawsi twal ta’ apprezzament.

L-inizjattiva kienet appoġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni Kummerċjali, l-Awtorità tat-Turiżmu ta ‘Malta, il-Kurja ta’ Malta u l-Fondazzjoni Valletta 18.

U fi kliem il-Maestro Mark Agius, hemm xewqa u pjani li s-Saint Paul Chamber Ensemble terġa’ titla’ l-Polonja biex iddoqq mar-Rotondo Choir, kif ukoll biex itellgħu iktar workshops ta’ mużika, u mħabba, ma’ skejjel oħra fil-Polonja.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here