Home Newsbook Surmast ġdid għas-Soċjetà Filarmonika La Stella

Surmast ġdid għas-Soċjetà Filarmonika La Stella

0
0
SHARE
Advertisement

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tar-Rabat Għawdex ħabbret il-ħatra tas-Surmast Dr John Galea bħala Surmast Direttur ġdid tal-Banda Ċittadina La Stella u l-opra fit-Teatru Astra.

Galea hu kompożitur magħruf lokalment u anke studja fl-Universitjiet ta’ Durham, Pavia u dik ta’ Malta taħt il-gwida ta’ mużiċisti ċelebri, fosthom Charles Camilleri, John Gardner, Fabrizio della Seta, Lior Shambadal u Franco Donatoni, minn fejn kiseb żewġ dottorati.

Skont l-istqarrija, din il-ħatra tissiġilla wkoll ir-rabta storika mas-Soċjetà Filarmonika King’s Own tal-Belt Valletta, li tagħha Dr Galea ilu Surmast għal dawn l-aħħar ħmistax il-sena.

The post Surmast ġdid għas-Soċjetà Filarmonika La Stella appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here