Home One News Qatluha waqt btala għal għeluq sninha f’Costa Rica

Qatluha waqt btala għal għeluq sninha f’Costa Rica

3
0
SHARE
Advertisement

 

Carla Stefaniak, magħrufa ma’ bosta fid-dinja tal-ivjaġġar, nstabet mejta waqt btala għal għeluq sninha f’Costa Rica.

Carla, minn Florida u li kienet qed tiċċelebra is-36 sena kienet mara li tħobb tivvjaġġa madwar id-dinja kemm waħidha u kif ukoll mal-ħbieb u l-qraba. Magħrufa sew fi gruppi tal-ivjaġġar, kien proprju fil-jum ta’ meta kellha tirritorna lura li l-qraba u sħabha ndunaw li kien hemm xi ħaġa ħażina.

Dan hekk kif huma ma kellhom ebda kuntatt magħha, kuntrarju mis-soltu fejn Carla kienet dejjem iżżomm kuntatt u tgħidilhom kull pass li tkun qed tagħmel.

F’messaġġi li bagħtet qabel sparixxiet, Carla qalet lil sħabha kif kienet nieżla ħafna xita, spiċċat mingħajr dawl u kif mhix qed tħossha komda fl-Airbnb. Kien ftit wara li tilfu l-kuntatt minn magħha bil-qraba bdew jinkwetaw aktar meta ma telgħetx fuq it-titjira lura għad-dar. Kien minn hawn li l-qraba għamlu rapport mal-Pulizija bil-ħbieb u l-qraba ħolqu kampanja onlajn biex isibu lil Carla.

Il-gwardjan li kien qed jieħu ħsieb l-Airbnb spjega mal-Pulizija kif hu għen lil Carla tgħabbi l-bagalji fil-karozza għall-ħabta tal-5:00 tal-għodwa tal-jum li kellha tirritorna lura d-dar, fejn kif il-qraba saru jafu ma setgħux jifhmu għalfejn hekk kif it-titjira tagħha kienet tard waranofsinhar.

Ftit wara li bdiet tfittxija intensiva, sfortunatament il-katavru ta’ Carla nstab nofsu midfun bil-kawża tal-mewt tkun daqqa’ f’rasha u feriti oħrajn fosthom f’għonqha.

Kien wara s-sejba tal-katavru li l-gwardjan biddel il-verżjoni tiegħu bil-Pulizija jarrestawh għax ma kienx konsistenti fi kliemu.

Carla kienet deskritta bħala mara mimlija ħajja li tħobb id-dinja u lil ta’ madwarha u li dejjem kienet lesta biex tgħin lil ħaddieħor. Il-qraba bħalissa jinsabu f’Costa Rica hekk kif kellhm jidentifikaw il-katavru. b’missierha jgħid mal-midja “Il-familja tiegħu mhix se tħossha kompluta wara t-telfa ta’ Carla.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here