Home Net News Leicester City: It-tiġrif tal-ħelikopter taċ-Chairman kien dovut għal mekkaniżmu difettuż

Leicester City: It-tiġrif tal-ħelikopter taċ-Chairman kien dovut għal mekkaniżmu difettuż

3
0
SHARE
Advertisement

Rapport tal-Air Accident Investigation Branch (AAIB) fir-Renju Unit qal li l-ħelikopter li ġġarraf qrib il-King Power Stadium fis-27 ta’ Ottubru — u li fih tilfu ħajjithom iċ-Chairman ta’ Leicester City, Vichai Srivaddhanaprabha u erba’ persuni oħra – kien tilef il-kontroll wara ‘l-iskunnettjar ta’ mekkaniżmu li kellu konsegwenzi traġiċi’.

Instab li l-pedali fil-kabina tal-ħelikopter ma baqgħux konnessi mal-iskrun ta’ wara tal-ħelikopter tat-tip AW 169, bir-riżultat li dan spiċċa idur ‘mingħajr kontroll ta’ xejn’ sakemm sploda mal-art, ftit ‘il hinn mill-istadium fejn siegħa qabel, Leicester City kienu lagħbu logħba tal-Premier League ma’ West Ham United li spiċċat 1-1.

Kelliema għall-AAIB qalu li l-investigazzjonijiet dwar it-traġedja għadhom għaddejjin u li s-sekwenza tal-iżviluppi li tellfu l-kontroll tal-iskrun tal-ħelikopter qed tingħata priorità waqt l-istħarriġ.

Wara din it-traġedja, il-European Aviation Safety Agency kienet insistiet biex l-iskrejjen ta’ wara ( tail rotors) tal-ħelikopters AW169 u mudelli oħra jgħaddu minn testijiet għas-sigurtà.

Minbarra Vichai Srivaddhanaprabha, mietu wkoll fit-traġedja żewġ membri tal-istaff tiegħu u ż-żewġ piloti, Eric Swaffer u Izabela Roza Lechowicz, b’talaħħar tirkeb fil-ħelikopter bħala passiġġiera.

Intant, fl-aħħar sigħat, sar servizz pubbliku għall-memorja ta’ Swaffer u Lechowicz fil-Katidral ta’ Guildford, f’Surrey.

The post Leicester City: It-tiġrif tal-ħelikopter taċ-Chairman kien dovut għal mekkaniżmu difettuż appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here