Home Net News Il-unions mexxew ‘il quddiem it-tibdil fis-soċjetà – Roberta Metsola

Il-unions mexxew ‘il quddiem it-tibdil fis-soċjetà – Roberta Metsola

3
0
SHARE
Advertisement

Il-unions huma dawk l-għaqdiet li fl-aħħar snin mexxew ‘il quddiem it-tibdil fis-soċjetà. Kienu l-unions li ħolqu l-middle class. F’Malta daqskemm fil-Polonja, fejn kienet union li għenet biex taqa’ l-purtiera tal-ħadid u li waqfet lit-tiranija. Għax id-drittijiet tal-ħaddiema huma d-drittijiet tal-bniedem – ma tistax tisseparahom.

Dan qalitu l-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola waqt il-konferenza dwar kif ir-relazzjonijiet tal-impjiegi jistgħu jinbidlu bis-sehem tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema organizzata mill-UĦM, bis-sehem ukoll tal-organizzazzjoni Ġermaniża EZA.

Roberta Metsola spjegat kif l-Ewropa llum hi aktar magħquda u inter-dipendenti, tant li dan ġab minnu nnifsu opportunitajiet u tkabbir, għalkemm anke sfidi. Min-naħa l-oħra, wieħed irid jifhem il-frustrazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej meta dawn ikunu injorati mill-awtoritajiet.

Iżda meta wieħed iqis kollox, jirrealizza li t-‘track record’ tal-Ewropa hu wieħed ta’ min jiftaħar bih.
U biex dan jissaħħaħ, hemm bżonn ta’ aktar infurzar strett fil-konfront ta’ min jabbuża mil-Liġi u jipprova jaqta’ dritt biex ifittex jeħles.

L-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista fakkret fl-inċident ta’ ftit tal-jiem ilu, meta żagħżugħ barrani ta’ 26 sena tilef ħajtu traġikament f’sit tal-kostruzzjoni. Dwar dan, hi qalet li l-inċident juri l-kundizzjonijiet inadegwati li ċerti ħaddiema jaħdmu fihom.

F’kumment lil NET News, Roberta Metsola nnutat ukoll kemm il-ħaddiema huma għal qalb il-Partit Nazzjonalista u għalhekk hu importanti li jkun rappreżentat anke f’konferenzi bħal din.

The post Il-unions mexxew ‘il quddiem it-tibdil fis-soċjetà – Roberta Metsola appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here