Home Newsbook Il-Qorti tirrifjuta li jitneħħa l-Imħallef fil-każ ta’ Ferris

Il-Qorti tirrifjuta li jitneħħa l-Imħallef fil-każ ta’ Ferris

1
0
SHARE
Advertisement

It-talba ta’ l-eks spettur tal-Aġenzija tal-Gvern ta’ Malta kontra l-ħasil tal-flus (FIAU), Jonathan Ferris sabiex l-Imħallef Grazio Mercieca jirrikuża ruħu milli jisma l-każ tiegħu ġiet irrifjutata.

Dan ġie wara li Ferris fetaħ protest ġudizzjarju fejn qal li l-Whistleblower Unit repetutament biddlet il-proċeduri tagħha sabiex jagħmlu l-bsaten fir-roti lilu meta kien qed jipprova japplika għall-protezzjoni bħala whistleblower.

Ferris li kien jaħdem mal-Economics Crime Unit, kien tkeċċa mill-kariga tiegħu fl-FIAU wara l-elezzjoni tal-2017. Skont Ferris, dan seħħ minħabba li investiga wisq fid-dettall l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-Gvern. Skont Ferris, il-mod kif tkeċċa minn xogħlu kien illegali u abbużiv.

Fl-applikazzjoni tiegħu, Ferris talab sabiex l-Imħallef Mercieca ma jismax il-każ tiegħu minħabba r-rabtiet li għandu mal-Partit Laburista. Ferris spjega li dan ukoll minħabba li hu allegatament kixef korruzzjoni serja minn uffiċċjlai tal-Gvern.

Id-deċiżjoni ttieħdet permezz ta’ dokument twil 25 paġna li eżamina bosta artikli mil-liġi Maltija u dik Ewropea. Ġie spjegat li l-Imħallef inkwistjoni kien attiv politikament fil-passat iżda waqaf żmien twil qabel ma ngħata l-kariga tiegħu tal-lum.

The post Il-Qorti tirrifjuta li jitneħħa l-Imħallef fil-każ ta’ Ferris appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here