Home Net News Il-PN se jibqa’ l-leħen tal-ġustizzja fil-pajjiż

Il-PN se jibqa’ l-leħen tal-ġustizzja fil-pajjiż

5
0
SHARE
Advertisement

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna fil-parlament li minkejja l-opożizzjoni u l-oġġezzjoni tal-Gvern, il-PN se jibqa’ l-leħen tal-ġustizzja fil-pajjiż u għalhekk qed jinsisti fuq inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fil-parlamnet Adrian Delia qal li l-pajjiż mhux normali meta l-Ministru tal-Ġustizzja qam jitkellem meta porpju kien hu li għamel tentattiv li jsikket lis-Soċjetà Ċivili b’kull skuża possibbli li seta’ jsib. Fis-16 ta’ Ottubru 2017 inqatlet Daphne Caruana Galizia; qtil li hu theddida għad-dritt ta’ kulħadd għal-libertà tal-espressjoni u għall-protezzjoni tal-ġurnalisti flimkien mat-tħaddim tas-saltna tad-dritt.

Il-ħajja ta’ kull persuna hi prezzjuża; liema ħajja tibda mill-konċepiment sat-tmiem u għandha tkun sostnuta f’kull stadju. F’dan il-każ qed nitkellemu fuq persuna umana, omm, mart u persuna li hi waħda fostna l-Maltin. Fuq dan biss irridu nagħtu rendikont għal dak li hu l-valur tal-ħajja, sostna Adrian Delia.

Il-personaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia jirrappreżenta lil hinn mill-espressjoni ħielsa tal-libertà fejn f’pajjiż normali persuna tista’ titkellem. Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni ma tattakkax il-persuna, sostna Adrian Delia, li qal li l-Qorti stess iddeċidiet li l-preżenza tal-Assistent Kummissarju Valletta fl-investigazzjonijiet tista’ tagħti lok fost il-poplu għal tħassib dwar l-imparzjalità tal-istess investigazzjonijiet. Din is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali iġġib fix-xejn l-argumenti tal-Gvern.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Oppożizzjoni ma tridx tkasbar l-istituzzjonijiet iżda tużhom u qal li l-Oppożizzjoni qed tuża l-liġi biex tagħti l-ġustizzja, il-verità u s-sewwa lin-nies għaliex din trid tkun taf u għandha dritt tkun taf.

Il-liġi tal-inkjesti hi maħsuba b’mod partikolari għal dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni u għalhekk l-argumenti tal-gvern għandhom l-iskop biss biex jostru l-verità. Dwar l-argument tal-gvern li diġà qed issir inkejsta, Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni mhix qed titlob inkjesta dwar is-sejbien tal-mandanti. Hu qal li l-pajjiż normali l-ġurnalisti ma jinqatlux iżda jekk jiġri hekk kif ġara fis-Slovakkja, allura jirriżenja l-Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern u l-Ministru tal-Kultura.

Il-Gvern għandu obbligu dwar il-ħarsien u ċ-ċertezza għal dak li qed titlob l-Oppożizzjoni. Hu qal li anki jekk persuna ma tabqilx ma’ oħra, din għandha dritt tiddefendi dak li tgħid. L-Oppożizzjoni qed titkellem fuq il-moħħ wara d-delitt u mhux fuq l-idejn. L-Oppożizzjoni ilha titlob ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Puliizja u tal-Avukat Ġenerali.

Hu semma’ l-qtil ta’ Raymond Caruana u ta’ Karen Grech u qal li minkejja li għadhom ma nstabux il-qattiela, taħt gvern Soċjalista kien hemm l-ambjent u l-amtosfera tal-impunità. Kien gvern li jiskuża l-ħażin. Dan il-gvern hu ħati għax ħoloq ambjent ta’ impunità fejn min jagħmel atti kriminali jaf li mhux se jħallas għalihom anki meta l-fatti jkunu ċari u magħrufa.

Il-Prim Ministru għandu joħloq kummissjoni inidpendenti mill-Pulizija għaliex il-poplu m’għadx għandu fiduċja fil-Korp tal-Pulizija. Flok jipproteġi l-Kostituzzjoni, l-Avukat Ġenerali għandu r-rapporti li jtihom lill-gvern iżda ma jtihomx lill-Oppożizzjoni. Għaliex jeħtieġ xi ħadd indipendenti u awtonomu minnu.

Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni qed tistaqsi jekk l-awtoritajiet kellhomx ikunu jafu li jista’ jseħħ id-delitt u x’miżuri ħadu biex dawn jevitawh. L-awtoritajiet għandhom dritt li jipproteġi lil kull ċittadin Malti. L-Oppożizzjoni hi leġen għal dak li jista’ jitwettaq f’demokrazija u trid tara jekk il-leħen ta’ Daphne Caruana Galizia setax jibqa’ jidwi. Il-Gvern ried iwaqqaf l-espressjoni ħielsa, sostna Adrian Delia, li kompla li minkejja l-vot tal-Gvern, l-Oppożizzjoni se tibqa’ l-leħen tat-tajjeb li jrendi l-ġustizzja fil-pajjiż.

The post Il-PN se jibqa’ l-leħen tal-ġustizzja fil-pajjiż appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here