Home Net News Il-Parlament illum jiddiskuti mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Il-Parlament illum jiddiskuti mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

3
0
SHARE
Advertisement

Kif diġà kien ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ftit tal-ġimgħat ilu, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħmel użu minn seduta allokata għalih bħala Oppożizzjoni sabiex tiġi diskussa l-mozzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dan id-dibattitu fil-fatt se jsir aktar tard illum.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li s-sejħa għal inkjesta indipendenti hija l-aktar waħda urġenti u meħtieġa fiċ-ċirkostanzi li qed jgħix pajjiżna.

Permezz ta’ din il-mozzjoni l-Parlament qed jiġi mitlub:

– Ittenni l-kundanna tagħha għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
– Jitlob għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u minflokhom jinħatru persuni oħrajn li jkollhom id-dmir li minnufih jinvestigaw b’imparzjalità sabiex il-mandanti ta’ dan l-omiċidju politiku jinqabdu.
– Li l-Prim Ministru jaħtar Bord ta’ Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta’ Malta) u li jkun għal kollox indipendenti mill-Korp tal-Pulizija u mill-Gvern, sabiex jeżamina numru ta’ punti mniżżla fl-istess mozzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jagħmel il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kemm fil-Parlament kif ukoll barra l-Parlament u jħeġġeġ lill-Membri Parlamentari u liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ta’ rieda tajba biex huma wkoll jagħmlu tagħhom il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

The post Il-Parlament illum jiddiskuti mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here