Home Newsbook Ġorġ tal-Mużew ippremjat talli ta ħajtu għall-volontarjat

Ġorġ tal-Mużew ippremjat talli ta ħajtu għall-volontarjat

1
0
SHARE
Advertisement

Ġorġ tal-Mużew ingħata premju speċjali għall-ħajja ddedikata għall-volontarjat din is-sena waqt serata ġewwa l-Palazz tal-Belt Valletta.

Fid-diskors tagħha għall-okkażjoni, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn li bħala soċjetà ngħożżu l-volontarjat. Spjegat minbarra s-sagrifiċċju personali tal-individwi, hemm ukoll is-sagrifiċċju tal-familji tagħhom. “Il-fatt li min jaħdem fil-volontarjat qiegħed jaħdem b’risq ħaddieħor hu valur ta’ eżempju kbir u li jinkoraġġixxi r-reżiljenza fis-soċjetà tagħna,” kompliet tgħid il-President.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima saħaq dwar l-importantza li jissaħħu l-liġijiet madwar is-settur tal-volontarjat.

Fi stqarrija mill-uffiċċju tal-President ġie spjegat li l-għan tal-premju nazzjonali huwa li jagħti rikonoxximent wiesa’ lis-servizzi mill-voluntiera u l-organizzazzjonijiet volontarji fi ħdan il-komunità, li joħloq kuxjenza dwar il-valuri eżemplari murija u jsib mudelli għal żgħażagħ u għas-soċjetà b’mod aktar wiesa’, kif ukoll biex jirrikonoxxi l-kontribuzzjonijiet importanti li saru f’diversi oqsma.

Il-Premju Nazzjonali tal-Volontarjat 2018 intrebaħ minn Marjoe Abela għax-xogħol volontarju li tagħmel f’isem il-Malta Girl Guides. Dan il-premju huwa kkumplimentat minn tliet premjijiet oħra li huma l-Premju għall-Volontarjat taż-Żgħażagħ li ntrebaħ minn Kyle Mifsud, il-Premju għall-Organizzazzjoni Volontarja li ntrebaħ minn Dr Klown, u l-premju speċjali għall-ħajja ddedikata għall-volontarjat li ntrebaħ minn Ġorġ Agius tal-Mużew.

The post Ġorġ tal-Mużew ippremjat talli ta ħajtu għall-volontarjat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here