Home Net News FUTBOL ŻVEDIŻ: Etuhu mhux ħati li rranġa l-logħob

FUTBOL ŻVEDIŻ: Etuhu mhux ħati li rranġa l-logħob

5
0
SHARE
Advertisement

Qorti fi Stokkolma ddikjarat lill-eks-plejer internazzjonali Niġerjan, Dickson Etuhu, mhux ħati dwar allegat tbagħbis ta’ logħob. Dan meta Etuhu, li dam snin jilgħab fl-Ingilterra u li kien fuq il-kotba ta’ Manchester City, Preston, Norwich u Fulham, kien akkużat li pprova jirranġa r-riżultat ta’ logħba fil-kampjonat Żvediż tal-2017 bejn AIK Stockholm ( eks-klabb ieħor ta’ dan il-plejer) u IFK Gothenburg.

Kien qed ikun allegat li Etuhu pprova jixtri lill-gowlkiper tal-AIK—u eks-sieħeb fit-tim – Kenny Stamatopoulos, bil-għan li jkun kompliċi fil-match-fixing. Intant, il-logħba li kellha tintlagħab fit-18 ta’ Mejju tal-2017 spiċċat posposta wara li Stamatopoulos informa lill-klabb dwar ‘il-persuni li avviċinawh biex ibiegħ il-logħba ma’ IFK’.

Intant, il-qorti fi Stokkolma qalet, waqt li qrat il-verdett, li ma kienx hemm biżżejjed provi biex tikkundanna lil Etuhu, li għandu 36 sena u li kien lagħab għan-Niġerja fit-Tazza tad-Dinja tal-2010.

The post FUTBOL ŻVEDIŻ: Etuhu mhux ħati li rranġa l-logħob appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here