Home Net News FUTBOL SPANJOL: Rapporti li Real Madrid ‘laħqu ftehim’ ma’ Eden Hazard

FUTBOL SPANJOL: Rapporti li Real Madrid ‘laħqu ftehim’ ma’ Eden Hazard

3
0
SHARE
Advertisement

Rapporti minn Spanja qalu li Real Madrid, iċ-Champions tal-Ewropa, waslu fi ftehim mal-attakkant Belġjan, Eden Hazard, li jridu jakkwistawh mingħand Chelsea għall-istaġun li ġej.

Ilha żmien għaddejja spekulazzjoni dwar il-futur ta’ Hazard li, matul is-sajf, indika li kien interessat f’esperjenza ġdida fil-La Liga Spanjola u fejn hu irrefera għal Real Madrid bħala ‘l-aqwa klabb fid-dinja’.

Intant, il-gazzetta Spanjola ‘AS’ ikkwotat lill-istazzjon tar-radju Onda Madrid fis-sens li ‘Real Madrid issa huma lesti biex jattwaw il-ħolma ta’ Hazard’ u li l-klabb Spanjol ‘diġà ftihem dwar il-kundizzjonijiet’ mal-plejer innifsu.

Madankollu, ftehim ma’ Chelsea — li jinsabu r-raba fil-Premier League Ingliż — għat-trasferiment uffiċjali ta’ Hazard jista’ għadu ‘il bogħod u meta l-Blues huma determinati biex iżommu lill-attakkant Belġjan li qed ikollu staġun mill-aqwa.

Il-manager ta’ Chelsea, Maurizio Sarri, diġà għamilha ċara li l-klabb ta’ Londra jinsab lest biex ‘jaqbel immedjatament’ dwar kuntratt ġdid għal Eden Hazard, u li l-klabb ‘ħalla f’idejn il-plejer’ biex jasal għal deċiżjoni.

Dan meta l-kuntratt attwali tal-attakkant ta’ Chelsea jiskadi f’Ġunju tal-2020.

The post FUTBOL SPANJOL: Rapporti li Real Madrid ‘laħqu ftehim’ ma’ Eden Hazard appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here