Home Newsbook 40 miljun persuna fi skjavitu moderna

40 miljun persuna fi skjavitu moderna

1
0
SHARE
Advertisement

Fl-2016 kien stmat li madwar 40.3 miljun persuna madwar id-dinja kienu vittmi tal-iskjavitu moderna. Dan ifisser li għal kull 1,000 persuna, 5.4% huma vittmi ta’ skjavitu u wieħed minn kull erba’ minn dawn hu minorenni. In-nisa u t-tfajliet huma l-akbar vittmi.

Din il-pjaga internazzjonali tfakkret waqt konferenza organizzata mill-Għaqda Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali Reliġjużi, fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji għall-Abolizzjoni tal-Iskjavitu.

Waqt din il-konferenza li għaliha attendew ambaxxaturi akkreditati għas-Santa Sede u esperti fis-suġġett, l-Ambaxxaturi tal-Irlanda u l-Ingilterra spjegaw il-ġlieda li qed jagħmlu l-pajjiżi rispettivi tagħhom f’dan il-qasam.

Derek Hannon, l-Ambaxxatur Irlandiż qal li pajjiżu hu mpenjat fil-ġlieda kontra t-traffiku uman kemm fuq livell lokali kif ukoll f’kooperazzjoni ma’ msieħba internazzjonali. Il-pajjiż fassal Pjan ta’ Azzjoni li hu bażat fuq il-Pjan Global tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar tal-Persuni.

Il-Pjan Irlandiż li tħejja wara konsultazzjoni ma msieħba internazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili hu maħsub biex tkun intensifikata l-ġlieda kontra t-traffikar filwaqt li joffri protezzjoni lill-vittmi. B’dan l-iskop, l-Irlanda waqqfet unit kontra t-traffikar, saħħet il-liġijiet u għamlet strutturi fuq livell ġudizzjarju, investigattiv u mediku u hi mpenjati li tpoġġi lill-vittmi u d-drittijiet tagħhom fiċ-ċentru tal-ħidma kontra t-traffikar uman.

Min-naħa tagħha, Sally Axworthy, l-Ambaxxatur Ingliża qalet li l-ġlieda kontra l-iskjavitu moderna fl-Ingilterra bdiet fl-2004 meta 23 sajjied Ċiniż li kienu qed jaħdmu bħal skjavi fil-Bajja ta’ Morecombe, mietu għax sidhom poġġa l-flus u l-profitt qabel saħħithom. L-opinjoni pubblika kienet ixxukkjata b’dak li ġara.

Fl-Ingilterra mhux biss hemm problema bl-iskjavitu moderna, imma din tingħata ħafna pubbliċita. F’diversi postijiet issib nies qed ikunu traffikati biex jaħdmu f’xi “car wash” jew “nail bars” jew “massage parlours”.

Il-vittmi tat-traffikar jispiċċaw jagħmlu xogħol furzat jew ikunu esplojtati sesswalment kif ukoll jagħmlu xogħol ta’ sefturi fi djar privati.  Bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, fl-Ingilterra kienu rappurtati 1650 każ, li minnhom 42% kienu jinvolvu persuni taħt l-età.

Fl-2015 l-Ingilterra għaddiet Liġi dwar l-Iskjavitu Moderna filwaqt li tingħata attenzjoni kbira għall-prevenzjoni minn dan l-abbuż. Hemm ukoll servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi li jgħin lil dawn in-nies fl-oqsma tal-housing, kura medika, edukazzjoni u pariri.  Mis-sena 2010 ‘l hawn, 1,000 persuna nstabu ħatja ta’ akkużi konnessi mal-iskjavitù.

Fuq livell internazzjonali, is-Santa Sede u l-Ingilterra flimkien ma’ pajjiżi oħra biex dan il-problema jibqa’ fuq l-aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli. Madwar 80 pajjiż qed isostnu din il-ħidma.

The post 40 miljun persuna fi skjavitu moderna appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here