Home Net News Philip Gruppetta u Sara Xuereb rebbieħa tal-kampjonati ta’ taħt it-23 sena

Philip Gruppetta u Sara Xuereb rebbieħa tal-kampjonati ta’ taħt it-23 sena

6
0
SHARE
Advertisement

Philip Gruppetta u Sara Xuereb rebħu l-kampjonati tal-irġiel u tan-nisa ta’ taħt it-23 sena għas-sitt darba konsekuttiva, fil-Kampjonat Nazzjonali BOV tal-Bowling. Gruppetta għandu r-rekord assolut filwaqt li Xuereb laħqet ir-rekord ta’ Amanda Cini f’din il-kategorija. B’kollox ħadu sehem 38 bowler, b’ħafna minnhom jieħdu sehem f’aktar minn kategorija waħda.

Edward Xuereb rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali ta’ taħt is-16-il sena għat-tielet sena konsekuttiva u għamel rekord ta’ 238 pin. Ruslana Grima rebħet il-Kampjonat tal-bniet b’total ta’ 1766 pin wara taqtigħa ma’ Kathryn Fenech. Fenech bdiet b’vantaġġ ta’ 55 pin fl-ewwel ġurnata, iżda fit-tieni ġurnata Grima rkuprat u ġabet punteġġ ta’ 892 pin, mitt pin aktar minn Fenech. Iż-żewġ bniet għad għandhom 13-il sena.

Kayden Lagana rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena. Hu kellu serje impressjonanti ta’ 701 pin fl-ewwel ġurnata u 642 pin fit-tieni ġurnata biex spiċċa b’99 pin aktar minn Chris Fenech. Karlise Bartolo rebħet il-kategorija tal-bniet b’514 pin u 503 pin fil-jumejn u rebħet b’175 pin distakk. B’hekk fl-iżgħar kategorija kien hemm rebbieħa ġodda.

L-Uffiċjal Kap Operattiv tal-Bank of Valletta Ernest Agius u l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Ten Pin Bowling Paul Baldacchino ppreżentaw it-trofej lir-rebbieħa kollha.

The post Philip Gruppetta u Sara Xuereb rebbieħa tal-kampjonati ta’ taħt it-23 sena appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here