Home One News Multa ta’ €150 jekk toħroġ il-borża taż-żibel il-ħażina

Multa ta’ €150 jekk toħroġ il-borża taż-żibel il-ħażina

35
0
SHARE
Advertisement

Fil-ġimgħat li ġejjin tista’ tibda teħel multa ta’ €150 jekk toħroġ il-borża tal-iskart fil-ġurnata l-ħażina jew wara l-ħin li fih isir il-ġbir.

Id-Direttur tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi Mario Schembri sostna dan ma’ ONE NEWS waqt li l-uffiċjali tagħha komplew bil-ħidma tagħhom jgħarrfu lill-pubbliku dwar l-iskema tal-ġbir tal-iskart organiku.Bħalissa l-ERA tinsab għaddejja b’eżerċizzju ta’ għarfien mal-ibliet u l-irħula kollha madwar Malta. Ta’ kull filgħodu diversi ħaddiema tal-infurzar qegħdin joħorġu jduru mat-toroq residenzjali biex iwaqqfu persuni milli joħorġu boroż mhux fil-jum tagħhom u sabiex ikattru aktar l-għarfien fuq is-suġġett.

Mistoqsi dwar x’jiġri minn boroż taż-żibel li jitpoġġew f’kantunieri jew fuq barra ta’ binjiet ta’ appartamenti, is-Sur Schembri spjega li dan ukoll huwa illegali u min jinqabad joħroġ il-borża mhux quddiem il-bieb ta’ daru se jibda jiġi mħarrek.

Is-Sur Schembri spjega kif kull binja ta’ appartamenti għandu jkollha persuna li tamministra l-blokka u fiż-żmien li ġej din se tibda tinżmm responsabbli għall-inkwilini li ma jimxux mal-liġijiet.

Huwa sostna wkoll li kull resident għandu jkollu għarfien dwar il-ħinijiet li fihom jgħaddi t-trakk li jiġbor l-iskart u ħadd m’għandu joħroġ il-borża wara l-ħin li jgħaddi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here