Home Newsbook Karozzi pparkjati fil-Gudja; tal-PN jistennew li tidħol il-liġi

Karozzi pparkjati fil-Gudja; tal-PN jistennew li tidħol il-liġi

5
0
SHARE
Advertisement

Minħabba li l-Gudja hi l-eqreb lokalità lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għadd ta’ persuni jipparkjaw il-karozzi tagħhom fil-Gudja għal ġimgħat u xhur sħaħ. Hekk qalu l-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tal-Gudja li fi stqarrija qalu li qed jistennew li tidħol fis-seħħ liġi li ġiet maqbula bejn il-membri kollha tal-Kunsill f’Lulju li għadda.

Il-liġi titlob li vetturi ta’ persuni mhux residenti fil-Gudja ma jistgħux jitħallew ipparkjati għal iktar minn 24 siegħa.

L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista tgħid li l-affarijiet ma mxewx skont il-liġi minħabba li l-Kunsillieri tal-Partit Laburista marru lura minn kelmthom u issa qed jgħidu li għandhom jistennew risposta mingħand l-awtoritajiet qabel ma’ l-liġi tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal-Gvern u tidħol fis-seħħ.

Il-Partit Nazzjonalista qed jargumenta li għaddew is-sitt ġimgħat li fihom il-Kunsill ma rċieva l-ebda oġġezzjoni mingħand il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali u għaldaqstant talbu li l-proċess għall-pubblikazzjoni tal-liġi jibqa’ għaddej.

L-istqarrija kienet iffirmata miż-żewġ Kunsillieri Nazzjonalisti Mark Anthony Sammut u Stefan Caruana.

The post Karozzi pparkjati fil-Gudja; tal-PN jistennew li tidħol il-liġi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here