Home Newsbook Akkużat li stupra lil bintu bid-Down Syndrome; meħlus mill-arrest

Akkużat li stupra lil bintu bid-Down Syndrome; meħlus mill-arrest

4
0
SHARE
Advertisement

Missier li kien akkużat li abbuża minn bintu ta’ 8 snin sesswalment kellu l-ħelsien mill-arrest ikkonfermat illum fil-Qorti tal-Appell.

Il-każ beda f’April tal-2016 meta LSA li kienet qiegħda tieħu ħsieb lil bintu bdiet titħasseb bl-aġir tat-tifla, li għandha l-kundizzjoni down syndrome, li bdiet iddaħħal idejha ġol-qalziet. Darb’oħra, it-tifla bdiet tibki bl-uġigħ u ppuntat lejn il-parti privata tagħha, hi u tinsisti li trid tmur id-dar ħdejn ommha. It-tifla eventwalment qalet lill-Kap tal-Iskola li raġel bl-isem ta’ missierha kien daħħlilha xabla ġo fiha.

Ir-raġel kien ċaħad l-allegazzjonijiet, u dakinhar stess kien intbagħat l-isptar għax kellu xi wġigħ f’sidru. Huwa kien ġie akkużat li kien involut sesswalment u li stupra minorenni, iżda nħeles mill-akkużi f’Ottubru tas-sena l-oħra, bl-Avukat Ġenerali jappella s-sentenza fuq il-bażi tat-testimonjanza tat-tifla, li l-Maġistrat ma tathiex importanza minħabba li t-tifla għandha abbiltà konjittiva ta’ tarbija ta’ sentejn.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera osservat li t-tifla filli wieġbet mod u filli wieġbet mod ieħor, u li kellha t-tendenza li tirrepeti dak li tara u tisma’. Għaldaqstant, l-Imħallef qablet mad-deċiżjoni tal-ewwel Qorti u kkonfermat il-ħelsien mill-arrest ta’ missier it-tifla.

The post Akkużat li stupra lil bintu bid-Down Syndrome; meħlus mill-arrest appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here