Home Newsbook Ritratti: Isibu dgħajsa bi 870,000 sigarett tal-kuntrabandu

Ritratti: Isibu dgħajsa bi 870,000 sigarett tal-kuntrabandu

5
0
SHARE
Advertisement

Saret sejba ta’ 870,000 sigarett tal-kuntrabandu fuq dgħajsa wara ħdima konġunta bejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-iSpecial Operations Unit fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta.

Skont stqarrija mill-Pulizija, is-sejba seħħet kmieni dalgħodu wara li twaqqfet id-dgħajsa fl-inħawi magħrufa bħala tal-fekruna fil-limiti tax-Xemxija.

Fuq id-dgħajsa kien hemm tliet irġiel Maltin bl-etajiet ivarjaw minn 24 sa’ 29 sena u li huma residenti l-Marsa u l-Ħamrun. Instab li kellhom 4,350 grossa sigaretti tal-kuntrabandu li fuqhom ma kienx imħallas id-dazju, il-VAT u s-sisa.

Il-każ issa se jkompli jiġi investigat mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi assistita mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana ta’ Malta. Il-Pulizija sostniet li mhux eskluż li l-irġiel jitressqu l-Qorti fis-siegħat li ġejjin.

The post Ritratti: Isibu dgħajsa bi 870,000 sigarett tal-kuntrabandu appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here