Home One News “Jiena li jinteressani il-bniedem, il-persuna umana. Dak kien il-ħsieb tal-Caritas”- Monsinjur Victor...

“Jiena li jinteressani il-bniedem, il-persuna umana. Dak kien il-ħsieb tal-Caritas”- Monsinjur Victor Grech

5
0
SHARE
Advertisement

“Jiena li jinteressani il-bniedem, il-persuna umana. Naħseb dak kien il-ħsieb tal-Caritas aktar milli d-droga”.

B’dan il-mod Monsinjur Victor Grech jiddiskrivi is-37 sena ħidma li għamel fil-Caritas bħala direttur.

 

Fl-1977, Monsinjur Grech ħa t-tmexxija tal-għaqda li taħdem mal-batut u minn entità li tiġbor il-fondi dawwara f’familja li tgħin lil nies b’bosta problemi soċjali fosthom dawk mirkuba mill-vizzju tad-droga:

“Għamilt ċertu mistoqsijiet lili nnifsi, min hu l-bniedem fil-bżonn? Fejnhu l-bniedem fil-bżonn? X’inhuma l-bżonnijiet essenzjali tal-bniedem li ma jistax jilħaqhom?”.

Huwa qal li biex tgħin lill-bniedem, trid tilbes iż-żarbun tiegħu:

“M’għandnix kelma li tista tagħmel impatt fuq il-persuna umana jekk qabel ma nkunux ħassejna ġo fina d-dubji tan-nies u missejna l-weġgħat tagħhom. Qabel ma nagħmlu dan ma tistax tipprova tgħin lill-bniedem”.

Qalilna li ħidmietu kienet ispirata mill-prinċipju li l-proxxmu li hemm quddiemu huwa Kristu:

“Jiena l-ispirazzjoni tiegħi ħadtha mill-Vanġelu. San Mattew kapitlu 25, fejn Ġesù jgħid “Dak kollu li tagħmlu mal-iċken wieħed fost ħuti, tkunu qedgħin tagħmluh lili”.

Intant f’konferenza tal-aħbarjiiet dwar il-50 sena mit-twaqqif tal-Caritas id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt elenka l-erba’ sfidi li hemm fis-soċjetà Maltija llum, bħad-differenza bejn is-sinjur u l-fqir; il-problema tad-droga; it-tnaqqis fil-kumpassjoni lejn il-proxxmu u s-solitudni.

Is-Sur Gatt spjega kif is-solitudni hija sfida straordinarja:

“Din hija realtà u tbatija li qed niltaqgħu iktar spiss u nħossu li għadna bżonn nissensibilizzaw ‘l xulxin u lill-komunità tagħna biex nippruvaw nindirizzawha”.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here