Home Newsbook Is-‘suċċess’ tal-iskema ta’ ġbir ta’ skart – eks Sindku

Is-‘suċċess’ tal-iskema ta’ ġbir ta’ skart – eks Sindku

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea qalet li ritratt meħud fil-lokalità tagħha “jitkellem waħdu dwar is-suċċess” tal-iskema tal-ġbir ta’ skart.

Galea qalet li s-sitwazzjoni tal-iskart f’San Pawl il-Bahar u f’lokalitajiet ohra “hi waħda inaċċettabbli.” Galea qalet li għaddiet aktar minn ġimgħa minn meta daħlet fis-seħħ l-iskema ġdida tal-ġbir tal-iskart u li r-residenti jixirqilhom aħjar. “Irridu nieqfu nwaddbu l-ballun minn naha għal ohra għaliex fl-aħħar mill-aħħar hu biss ir-resident li qiegħed ibati” saħqet Galea.

Galea qalet li hemm bżonn informazzjoni tajba b’lingwi differenti li titqassam lir-residenti. Qalet li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, hemm bżonn li tiżdied il-frekwenza tal-ġbir tal-iskart u li jinħarġu multi jekk wieħed ma jimxix mal-iskeda.

Il-Wasteserv kienet qalet li jekk jinstabu tipi ta’ skart differenti mħallta fl-istess borża, allura jinħareġ rapport fejn l-awtoritajiet relevanti jiġu infurmati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa. Il-programm Follow Up tat-2 ta’ Novembru 2018 fuq RTK 2013 FM iddiskuta s-sistema l-ġdida tas-separazzjoni u l-ġbir tal-iskart.

The post Is-‘suċċess’ tal-iskema ta’ ġbir ta’ skart – eks Sindku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here