Home One News Bastiment tal-gwerra Norveġiż jaħbat ma’ tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija

Bastiment tal-gwerra Norveġiż jaħbat ma’ tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija

7
0
SHARE
Advertisement

Bastiment tal-gwerra Norveġiż bl-isem KNM Helge Ingstad ħabat ma’ tanker taż-żejt li jtajjar bandiera Maltija fl-ibħra qrib Bergen fin-Norveġja.

Jidher li tmien persuni ndarbu ħafif f’dan l-inċident, iżda l-bastiment jinsab f’riskju li jegħreq.

Fil-ħin tal-inċident kien hemm 137 persuna abbord il-KNM Helge Ingstad. Minkejja l-ħabta, jidher li ma ħariġx żejt mit-tanker, li jġib l-isem ta’ Sola TS. Dan tal-aħħar irritorna fil-port biex isirulu l-ispezzjonijiet li hemm bżonn.

Intant, it-terminal ewlieni taż-żejt fl-inħawi ingħalaq, flimien mal-impjant tal-gass fin-Norveġja.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here