Home Newsbook Airbnb taħt skrutinju fi Praga

Airbnb taħt skrutinju fi Praga

10
0
SHARE
Advertisement

L-awtoritajiet fi Praga, fir-Repubblika Ċeka, qed jistudjaw miżuri biex irażżnu ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-kiri f’din il-belt, kawża tal-kiri ta’ appartamenti għat-turisti permezz tal-Airbnb servizzi oħra simili. Skont l-aħħar ċifri huwa huwa ikkalkulat li kien hemm żieda ta’ 50 fil-mija tal-prezzijiet mill-2003 ‘l hawn, b’detriment għal familji u żgħażagħ li qed ikollhom jitilqu mill-belt biex ifittxu propjetà li jistgħu jgħixu fiha.

Fiż-żona antika tal-belt hemm madwar 3,500 appartament mniżżlin f’servizzi ta’ kiri short-term li joffru kumpaniji bħall-Airbnb. Residenti għamlu petizzjoni biex jappellaw lil awtoritajiet joħolqu regolamenti biex irażżnu l-kiri ta’ appartamenti li jinkrew għal qasir żmien. Din il-kwistjoni tqieset bħala waħda importanti fl-elezzjonijiet muniċipali matul ix-xahar li għaddha.

Huwa mifhum li din id-diffikultà qed tinħass f’bosta pajjiżi oħra madwar l-Ewropa fosthom anki f’Dublin, f’Pariġi, Amsterdam u anki f’Berlin. Hu mifhum li f’dawn il-lokalitajiet qed jittieħdu deċiżjonijiet li jnaqqsu l-ammont ta’ ġranet fis-sena li s-sidien ta’ dawn l-appartamenti jistgħu jikru għal qasir żmien. F’Amsterdam il-ġranet li jitgħu jinkrew għal short-term tnaqqs għal 30 lejl fis-sena.

Fil-11 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea ippropiniet tibdil li jista’ jwassal għal iktar restrizzjonijiet għas-sidien ta’ dawn l-appartamenti, kif ukoll li jkollhom obbligi simili bħal dawk li għandhom il-lukandi.

Minkejja dawn ir-rapporti, studju ikkummissjonat minn Airbnb stess f’Settembru li għadda
ikkonkluda li s-servizz tal-Airbnb ma ħala l-ebda effett fuq il-prezzijiet tal-proprietà. Tant li fil-fehma tagħhom dan is-servizz qed iħalli impatt posittiv fuq il-belt ta’ Praga, b’aktar turisti li jersqu lejn din il-belt u b’hekk jonfqu iktar flus.

Intant esperti f’dan il-qasam qed jitolbu kawtela minn naħa tal-politiċi qabel jilleġislaw. Regolamenti ġodda magħmula mingħajr studju u ħsieb serju jafu jwasslu għal riżultati kontro-produċenti.

Bill Gates u r-riċerka ta’ 200 miljun dollaru fuq it-toilets

Il-Fundazzjoni Gates, immexxija mill-fundatur ta’ Microsoft Bill Gates nefqet madwar 200 miljun dollaru amerikan f’riċerka biex tkun immodernizzata s-sistema tat-toilets u d-drenaġġ. Waqt it-Toilet Expo f’Beijing matul din il-ġimgħa, Bill Gates spjega li s-sistema eżistenti tad-drenaġġ twassal biex ikun hemm bosta imwiet f’pajjiżi foqra minħabba l-mard li jiġi iġġenerat. Huwa stmat li madwar nofs miljun tifel u tifla jmutu minħabba mard relatat ma’ nuqqas ta’ iġjene u sanita’.

Bill Gates jemmen li t-teknoloġija ġdida tista twassal għal trattar aħjar tad-drenaġġ biex dan jinbidel f’materjal li jista’ jintuża bħala fertilizzant u sors ta’ enerġija. B’hekk mhux biss jitnaqqas ir-riskju ta’ mard infettiv iżda wkoll jinstab użu tajjeb għal ħmieġ li jiġi iġġenerat.
Bosta kumpaniji internazzonali f’dan il-qasam qed iqisu dan is-settur ġdid bħala mitqlu deheb għall-investimenti tagħhom, bil-possibbiltà li jagħmlu qliegħ tajjeb fil-futur qarib bl-introduzzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net, Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net.

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.

The post Airbnb taħt skrutinju fi Praga appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here