Home Net News Proġetti mhux imwettqa f’Għawdex

Proġetti mhux imwettqa f’Għawdex

16
0
SHARE
Advertisement

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li dan il-gvern mhux iwettaq il-wegħdiet tiegħu dwar diversi proġetti f’Għawdex tant li ħafna proġetti mhux jitwettqu.

Fil-parlament Fredrick Azzopardi qal li l-vot kapitali għall-2019 għal Għawdex hu ta’ €12-il miljun li jirrifletti l-investiment fl-infrastruttura f’Għawdex. Il-fondi l-oħra ma jrendu l-ebda investiment ġdid. Fil-passat il-vot kapitali kien ferm ikbar, fl-2001 kienu ivvutati €16-il miljun u għall-2012 kienu ivvutati €15-il miljun.

Hu semma’ l-bini tal-isptar il-ġdid f’Għawdex u qal li fl-2017 il-Gvern kien informa lill-parlament li se jsir sptar ġdid f’Għawdex. Issa l-gvern m’hu jsemmi xejn dwar dan l-isptar il-ġdid. VITALS serqu €50 miljun u m’għamlu xejn waqt li telqu minn Malta. Hu qal li l-PN mhux kontra Barth’s iżda hemm nuqqas ta’ ippjanar meta se jittieħed iċ-ċentru tas-servizzi li issa se jingħataw il-Barth’s biex isir Ċentru tal-Atonomija.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ d-dar għall-anzjani f’Għajnsielem u qal li dan ilu jissemma’ mill-2014 iżda għadu mhux lest għaliex għadu ġebel u saqaf. Dwar il-qorti ġdida f’Għawdex, Fredrick Azzopardi qal li dan ukoll ilu jissemma’ mill-2014 iżda s’issa kienet sottomessa biss applikazzjoni.

Hu tkellem ukoll dwar in-nuqqasijiet biex isiru l-master plans, fil-breakwater ta’ Marsalforn u l-pixxina u qal li dawn il-proġetti ma twettqux. Il-Gvern m’għandu l-ebda viżjoni għall-futur, sostna Fredick Azzopardi, li kompla li dan il-budget ma jagħmel l-ebda riferenza għat-tieni fibre optic cable, il-fast ferry service, ir-raba’ vapur, il-marina tal-jottijiet u s-settur tal-biedja. Hu enfażizza l-importanza li l-popolazzjoni ta’ Għawdex ma tibqax tonqos u għalhekk għandu jsir investiment fin-nies u fix-xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandhom jinħolqu skemi attraneti għal skemi li joħolqu xogħol. Hu appella biex is-saħħa u l-edukazzjoni jerġgħu jkunu amministrati mill-Ministeru għal Għawdex.

The post Proġetti mhux imwettqa f’Għawdex appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here