Home Net News Net FM jingħaqad fl-appell għall-Fun Run 2018

Net FM jingħaqad fl-appell għall-Fun Run 2018

21
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif ninsabu fuq l-għatba tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fun Run biex jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation, NET FM ingħaqad fl-appell biex il-Ħadd li ġej aktar nies jipparteċipaw fil-mixja jew ġirja ta’ solidarjetà.

L-edizzjoni tal-Ġimgħa tal-programm Wake Up Call kellha bħala mistiedna speċjali lil Tamara Webb – personalità Maltija segwita ferm fuq il-media soċjali u li wkoll ingħaqdet bl-appell tagħha.

Ma’ Steph, Janet u Dylon, Tamara użat il-frekwenza ta’ NET FM biex tħeġġeġ lin-nies jattendu flimkien b’rieda ta’ solidarjetà. Qalet li hi stess se tipparteċipa għax qatt ma tista’ tkun taf jekk int ukoll ikollokx bżonn.

It-tliet preżentaturi wkoll ingħaqdu mal-appell ta’ Tamara, hekk kif aktar tard matul il-programm huma għamlu kuntatt mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Il-President, bħala ċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund Foundation, irringrazzjat lil NET FM u lill-preżentaturi tal-programm għall-impenn tagħhom biex jippromwovu din l-attività b’risq dawk l-aktar fil-bżonn.

Fost għadd ta’ personalitajiet, għall-Fun Run tal-Ħadd mistenni jattendi wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

The post Net FM jingħaqad fl-appell għall-Fun Run 2018 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here