Home Net News Malta terġa’ tfalli fl-emmissjonijiet

Malta terġa’ tfalli fl-emmissjonijiet

40
0
SHARE
Advertisement

Għal sena oħra, pajjiżna se jkollu jerġa’ jħallas talli reġa’ ma laħaqx il-miri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-Emmissjonijiet. Rapport tal-Kummissjoni nnota kif Malta ilha sa mill-2013 ma tilħaq il-miri stabbiliti. u issa se jkollna nixtru kreditu mingħand pajjżi li diġà laħqu l-miri tagħhom.

Pereżempju, fis-snin li għaddew, il-Bulgarija rnexxielha tiffinanzja proġett ambjentali mill-flus li Malta kellha tħallas talli ma laħqitx il-miri. Il-proġett Ewropew li jwassal għall-2020 kien imniedi fl-2007.

Iżda fl-aħħar snin, pajjiżna baqa’ jaqa’ lura minn dawn il-miri, tant li daħal f’forma ta’ ftehim bilaterali mal-Bulgarija biex jixtri l-kreditu mirbuħ minn dak il-pajjiż. Min-naħa l-oħra, il-Bulgarija qed tgawdi minn taxxi tal-poplu Malti biex jiffinanzja proġetti favur l-ambjent.

Il-ġurnal The Times of Malta qal li dwar dan ipprova jieħu r-reazzjoni tal-Gvern Malti biex ikun stabbilit kemm qed iħallas kull sena biex jixtri dan il-kreditu. Iżda l-Gvern Malti baqa’ jirrifjuta milli jwieġeb, għalkemm il-ġurnal ikkwota sorsi li jiswew mijiet ta’ eluf ta’ ewro fis-sena.

Minkejja li l-Unjoni Ewropea tat l-opportunità li l-pajjiżi membri jiftehmu bejniethom f’każ skambju ta’ kreditu, il-ġurnal jgħid li jidher li l-uniku ftehim li hemm fis-seħħ hu dak bejn pajjiżna u l-Bulgarija.

Bil-Gvern Malti jgħid li dan il-ftehim ma jista’ qatt ikun pubbliku, anke l-Kelliem għall-Gvern Bulgaru għażel li jibqa’ sieket, ħlief biex iserraħ moħħ kulħadd li dawn il-fondi qed jintużaw kif suppost u li għadhom ma ntefqux kollha.

Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea jgħid li pajjiżna hu fost it-tmienja li mhux mistennija jilħqu l-miri stabbiliti għall-2020, b’madwar 11 fil-mija. Il-marġni li Malta mistennija tfalli bih qed ikun deskritt bħala wieħed għoli, bil-Kummissjoni tgħid li primarjament dan hu kawża taż-żieda qawwija fl-emmissjonijiet mit-traffiku, fost l-oħrajn.

The post Malta terġa’ tfalli fl-emmissjonijiet appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here