Home One News “L-aktar baġit soċjali fl-aħħar snin” – l-MEP Miriam Dalli

“L-aktar baġit soċjali fl-aħħar snin” – l-MEP Miriam Dalli

37
0
SHARE
Advertisement

“Il-Baġit 2019 wera biċ-ċar li l-Gvern Laburista għandu direzzjoni fejn sejjer.” L-MEP tal-Partit Laburista Miriam Dalli qalet li fl-aħħar snin Gvern Laburista ppreżenta baġits biex jissoda s-sisien ekonomiċi ta’ pajjiżna u dan il-baġit qed jagħti l-għajnuna lil dawk li għandhom l-aktar bżonn.

Meta kienet qed tindirizza attività fiċ-Ċentru Laburista fin-Naxxar, Miriam Dalli qalet li f’pajjiżna għandna gruppi ta’ nies li mxew ħafna ‘l quddiem imma oħrajn li ma mxewx ‘il quddiem bl-istess ritmu. Għalhekk li kien importanti li dan il-baġit jagħti għajnuna lill-familji u persuni vulnerabbli li għandhom l-aktar bżonn.

Fost il-miżuri l-aktar soċjali f’dan il-budget, Miriam Dalli idenitfikat iż-żieda għal darb’oħra fil-pensjoniet, aktar benefiċċji għal persuni b’diżabilita, żieda fic-children’s allowance għal dawk il-ġenituri b’paga minima u għajnuna lil dawk ta’ aktar minn erbgħin sena biex huma wkoll ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.

“L-aktar miżura għall-qalbi li tindirizza lill-familji u liż-żgħażagħ hija t-tneħħija tal-ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC. Din hija miżura li tagħti opportunità lil kull student biex jimxi ‘l quddiem irrelevanti jekk il-ġenituri tiegħu jifilħux iħallsu jew le,” sostniet Miriam Dalli.

“Gvern Laburista dejjem kellu għal qalbu l-edukazzjoni għal kulħadd u din il-miżura tkompli ssostni t-twemmin tal-Partit billi qed tpoġġi fil-prattika il-valuri li bħala Partit Laburista dejjem emminna fihom – li jkollna soċjetà ġusta u li kulħadd jingħata opportunità biex jirnexxi”, żiedet tgħid Dr Dalli.

Fid-dawl ta’ dan kollu Dr Dalli saħqet li huwa importanti li naċċertaw ruħna li l-ekonomija tibqa’ b’saħħitha u għalhekk rridu nkomplu nsostnu l-viżjoni tagħna għal pajjiżna. “Pajjizna jrid jibqa’ jkun minn ta’ quddiem nett biex jidħol f’niċeċ ekonomiċi ġodda, qabel pajjiżi oħra,” sostniet Miriam Dalli.

Għalhekk li Malta trid tkompli tħares lejn niċeċ ekonomiċi godda u nsostnu dawn l-industriji, bħal pereżempju l-industrija teknoloġika inkluz il-Blockchain, Artificial Intelligence, Internet of Things u Distributed Ledger Technology, qalet Miriam Dalli.

“Din hija t-triq ‘il quddiem, hekk kif pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qiegħed jirregola u jdaħħal liġijiet li jirregolaw oqsma bhal Crypto Currencies u Blockchain,” sostniet Miriam Dalli filwaqt li żiedet tgħid, “irridu wkoll inħarsu lejn industriji ġodda, b’mod partikulari teknoloġija nadifa biex naraw kif nistgħu nattiraw produzzjoni ta’ teknoloġija nadifa u b’hekk inkomplu noħolqu l-ġid u nżidu l-impjiegi ta’ kwalità.”

Waqt din l-attivita, l-MEP Miriam Dalli ddiskutiet ma’ dawk preżenti diversi suggetti inkluż Brexit u r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra wara Brexit, il-kwalità tal-ħajja fin-Naxxar, l-ambjent u ż-żgħażagħ.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here