Home One News Jinżamm taħt arrest wara li hedded lil ommu u lil ħuh

Jinżamm taħt arrest wara li hedded lil ommu u lil ħuh

29
0
SHARE
Advertisement

Aaron Sammut ta’ 26 sena residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat b’għadd ta’ akkużi fosthom li lbieraħ hedded lil ommu u lil ħuh.

Huwa kiser ukoll l-ordni ta’ projbizzjoni imposta fuqu mill-Qorti nhar it-Tnejn li għaddha sabiex ma jgħamilx kuntatt ma ommu.

Ilbieraħ huwa hedded lil ommu permezz tal-mobile u saħansittra allegatament prova jkissrilha l-bieb tad-dar.

L-akkużat assistit mill-avukat Martha Mifsud wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest. Filfatt huwa qal li kienet ommu li pruvat tkellem lit-tifel tagħha.

Fil-passat mhux l-ewwel darba li l-omm u tifel telgħu l-Qorti fuq diżgwid. Madankollu l-omm dejjem ħafret lil binha.

Wara li semgħet ix-xhieda il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Wara li ngħata s-sentenza, l-akkużat qal lill-Magistrat jekk jistax jinżamm l-isptar Monte Karmeli. Dan hekk kif qal li jbati mill-kundizzjoni tal-bipolar. Iżda ladarba l-Maġistrat ma kelliex rakkomandazzjonijiet uffiċjali medici bi prova għal dan ma setgħetx tilqa’ talba tal-akkużat.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ projbizzjoni sabiex l-akkużat ma javvċinax u ma jsegwiex lil ommu u lil ħuh.

Dr Rene Darmanin qiegħed jidher ghal ommu l-vittma.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Stacey Attard.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here