Home Newsbook “Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej”

“Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej”

26
0
SHARE
Advertisement

L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej.

Fl-omelija tal-Quddiesa fit-tifkira tal-mejtin kollha fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Mons. Scicluna rrefera għal dan il-kliem ta’ faraġ fl-Ittra tar-Rumani. Żied jgħid li fir-raqda tal-mewt nistennew il-qawmien għall-ħajja fl-aħħar ħin. Irrimarka li meta ngħaddu mill-velu ta’ bejn din il-ħajja u l-oħra, il-ħin ma jibqax importanti u għalhekk inkunu qed nitkellmu fuq misteru.

L-Arċisqof stqarr li minkejja aħna nies dgħajfin, kuljum inkunu qed nersqu lejn dak il-mument li nħallu kollox u nkunu ħaġa waħda mal-Mulej. Fisser li meta nersqu lejn it-tqarbin, inkunu qed induqu d-destin tagħna stess.

Aktar dettalji hawn.

The post “Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here