Home Net News Manchester City fil-kwarti tal-finali tal-League Cup

Manchester City fil-kwarti tal-finali tal-League Cup

34
0
SHARE
Advertisement

Manchester City żammew il-mira li jirbħu l-League Cup għat-tieni sena konsekuttiva, b’rebħa ta’ 2-0 kontra Fulham fl-Etihad Stadium biex għaddew għall-kwarti tal-finali.

L-avversarji tagħhom jsiru jafuh mir-rebbieħ tal-logħba bejn Leicester u Southampton, hekk kif il-logħba tressqet għas-27 ta’ Novembru wara li l-logħba kienet posposta minħabba t-traġedja li laqtet lil Leicester wara l-mewt tas-sid tal-klabb Vichai Srivaddhanaprabha.

Manchester City fetħu l-iskor fit-18-il minuta, b’xutt ta’ Brahim Diaz li kien imxellef  minn Aleksandar Mitrovic u qarraq bil-gowlkiper Sergio Rico. Huma rduppjaw fil-65 minuta f’azzjoni maħduma tajba li fiha x-xutt ta’ Gabriel Jesus ħabat mal-wieqfa iżda spiċċa fid-direzzjoni ta’ Brahim Diaz li skorja b’xutt minn qagħda ideali.

The post Manchester City fil-kwarti tal-finali tal-League Cup appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here