Home Newsbook L-OPM ta €19,000 f’sena lil Tony Zarb

L-OPM ta €19,000 f’sena lil Tony Zarb

36
0
SHARE
Advertisement

Tony Zarb kien konsulent fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fid-Dipartiment tal-Enerġija u l-Proġetti fl-2016. Huwa kellu kuntratt għal sena b’salarju bażiku ta’ €19,153.03. Zarb ingħata wkoll €815 għall-użu tal-mowbajl. Huwa kien jaħdem 21 siegħa fil-ġimgħa.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina. Aquilina saqsa lil Muscat dwar x’impjieg jew servizzi ta’ konsulenza kellu Zarb mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entatijiet kollha li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum.

Zarb ma ngħata l-ebda impjieg jew konsulenzi mill-Ministri Chris Fearne, Chris Cardona, Evarist Bartolo, Joe Mizzi u Helena Dalli. Dawn kien mistoqsija l-istess domanda mid-deputat Aquilina.

L-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU milhux spiċċa f’nofs kontroversja hekk kif il-vlogg li poġġa fuq il-mezzi soċjali, huwa tkellem dwar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia fejn kien qal li l-importanti li din ma terġa qatt tiġi lura. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista kien ressaq mozzjoni għar-revoka tal-unur Ġieħ ir-Repubblika li ngħata lil Tony Zarb fl-2015, minħabba l-kliem ta’ disprezz li huwa uża kontra l-ġurnalista.

The post L-OPM ta €19,000 f’sena lil Tony Zarb appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here