Home Newsbook Jinġabru 100 tunnelata ta’ skart organiku

Jinġabru 100 tunnelata ta’ skart organiku

94
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għall-Ambjent Jose` Herrera qal li jħossu sodisfatt bl-andament tal-ġbir tal-iskart organiku fl-ewwel ġurnata ta’ ġbir. Il-Ministru qal li l-Erbgħa nġabru 100 tunnelata skart iżda t-tir hu li jinġabar 50-60% iktar biex Malta tilħaq il-livelli mixtieqa.

Il-Ministru qal li għal ġimgħat jew xhur li ġejjin mhux jimponi l-ebda multa fuq in-nies, bil-kontra se jibgħat ħaddiema tal-Wasteserv fl-irħula Maltin jedukaw lin-nies.

Huwa qal li l-mira hi l-borża titnaqqas għal 35% ta’ dak li hi biex il-Gvern ikun jista’ jibda jaħarqu fl-inċeneratur.

Herrera jirringrazzja lill-oppożizzjoni b’mod partikulari lid-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi għal kritika tagħhom għax b’hekk holqu kuxjenza ikbar dwar il-ġbir tal-iskart organiku.

Il-Ministru kien qed iwieġen mistoqsijiet supplemenai tad-deputati Clayton Bartolo u Claudette Buttiġieġ.

The post Jinġabru 100 tunnelata ta’ skart organiku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here