Home Newsbook Il-bejjiegħa tal-monti f’ Għawdex mhux sodisfatti bir-rilokazzjoni tagħhom

Il-bejjiegħa tal-monti f’ Għawdex mhux sodisfatti bir-rilokazzjoni tagħhom

42
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern qiegħed b’diskussjoni mal-bejjiegħa tal-monti tar-Rabat t’ Għawdex dwar ir-rilokazzjoni taghhom.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li permezz tal-Ministeru t’ Għawdex qed jiddiskuti numru ta’ alternattivi għar-rilokazzjoni tagħhom peress li l-post l-ġdid li ngħataw ma ntogħġobx mill-bejjiegħa.

Fost il-proposti hemm dik li jagħti kumpens lill-bejjiegħa li jgħoddu lura l-liċenzja biex b’hekk jiċċekken is-suq u jibqa’ fejn hu.

Il-Ministru kien qed iwieġeb għal mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista David Stellini.

The post Il-bejjiegħa tal-monti f’ Għawdex mhux sodisfatti bir-rilokazzjoni tagħhom appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here