Home Newsbook Deċiż: Mhux se jsir il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar

Deċiż: Mhux se jsir il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar

43
0
SHARE
Advertisement

Il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar mhux se jsir wara li m’għaddiex vot quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-vot kontra dan il-permess salva r-rovina ta’ dan ir-raħal.

Il-Kunsillieri Nazzjonalisti tal-Munxar sostnew li l-argumenti tagħhom kontra d-demmiela kienu msejsa fuq il-karbiet tar-residenti tal-lokal u li dan wassal biex il-Munxar ingħaqad b’vuċi waħda dwar din il-kwistjoni. Skont l-istqarija, il-Kunsillieri Nazzjonalisti huma sodisfatti li minkejja li fil-Kunsill Lokali qegħdin f’minoranza kienu strumentali biex il-Munxar jibqa’ mal-Munxarin.

Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista qal li taħt it-tmexxija tas-Sindku preżenti u s-Sindku preċedenti l-Kunsill Lokali tal-Munxar kien ċar fuq din l-applikazzjoni tant li oġġezzjona għaliha sa minn meta feġġet il-kwistjoni.

Aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Lokali għamel oġġezzjoni kontra d-demmiela li ġiet proposta li ssir ġewwa l-Munxar. Fil-mozzjoni, il-Kunsill qal li għandu jkunu nominati numru ta’ esperti biex isiru evalwazzjonijiet tal-applikazzjoni tad-demmiela biex ikunu jistgħu jiddefinixxu eżatt il-konsegwenzi possibbli li r-residenti kienu se jbatu bl-implimentazzjoni tal-proġett.

The post Deċiż: Mhux se jsir il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here