Home Net News Ix-xogħol ta’ maġsitrat għandu jkun ikkunsidrat bħala karriera

Ix-xogħol ta’ maġsitrat għandu jkun ikkunsidrat bħala karriera

6
0
SHARE
Advertisement

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ppropona li l-karriera ta’ maġistrat għandha tkun ikkunsidrata bħala karriera fiha nnfisha u mhux biss bħala pass biex maġistrat isir imħallef.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament Karol Aquilina tkellem dwar il-qorti u qal li hemm diffikultajiet dwar l-apelli minħabba l-ammont ta’ kawżi pendenti. Minn 1,560 appell pendenti sa l-aħħar ta’ Settembru; 1,282 għadhom lanqas ġew appuntati, 85% minnhom fl-appelli superjuri. Hu qal li sab pass tajjeb f’Ġunju fejn twaqqaf it-tielet grupp ta’ imħallfin iżda jirriżulta li għadhom mhux appuntati l-appelli. Wasal iż-żmien li uħud mill-imħallfin ikunu assenjati biss biex jisimgħu l-appelli.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-inkjesti u qal li f’Malta jsiru adwar 1000 inkejesta. Hawn iktar minn 1500 inkjesta pendenti fejn iktar minn 400 huma f’Għawdex. Hu ppropona li l-Maġistrati li jagħmlu l-inkjesti ma jkunux assenjati ix-xogħol normali tagħhom għaliex l-inkjesti joħolqu ammont kbir ta’ xogħol fl-inkjesti. Jeħtieġ li r-rwol ta’ Maġistrat ikun kunsidrat bħala karriera fiha nnfisha u mhux bħala pass qabel isir imħallfin. Għalhekk is-salarju ta’ maġistrat għandu jkun l-istess bħal dak ta’ maġistrat bl-istess kundizzjonijiet.

Dwar il-Liġi dwar l-Avukati, Karol Aquilina qal li din għadha pendenti.

The post Ix-xogħol ta’ maġsitrat għandu jkun ikkunsidrat bħala karriera appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here