Home Newsbook Azzjoni industrijali fil-kamra mortwarja

Azzjoni industrijali fil-kamra mortwarja

5
0
SHARE
Advertisement

Minn nhar it-Tnejn, il-ħaddiema tal-Kamra Mortwarja qed jintalbu jsegwu serje ta’ azzjonijiet industrijali fejn jidħol xogħol amministrattiv.

Dawn ġew ordnati mill-General Workers’ Union (GWU) u fi stqarrija ntqal li ġejjin wara li minkejja t-taħriġ li ħadu l-impjegati biex itejbu l-għarfien u l-pożizzjoni tagħhom, baqgħu mingħajr iż-żidiet imwiegħeda. Qalu li sal-lum l-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom ma rranġawx il-pakkett finanzjarju mwiegħed mat-tmiem tat-taħriġ.

Jeremy Camilleri, is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi, stqarr li minkejja li d-diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa ilhom għaddejjin għadu ma seħħ l-ebda tip ta’ progress. Insista li l-ħaddiema spiċċaw żdiedulhom aktar responsabbiltajiet fil-ħidma tagħhom.

Camilleri insista li l-azzjonijiet huma maħsuba biex joħolqu l-inqas impatt fuq il-persuni li għandhom xi qarib fil-Kamra Mortwarja. Għaldaqstant insista li jekk jibqa’ ma jintlaħaqx il-ftehim, l-Unjin mhux se jkollha triq oħra ħlief li teskala d-direttivi u l-azzjonijiet industrijali.

The post Azzjoni industrijali fil-kamra mortwarja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here