Home One News Jigdem lill-eks sieħeb ta’ bintu f’widnejh u jaqtagħlu parti minnha waqt argument

Jigdem lill-eks sieħeb ta’ bintu f’widnejh u jaqtagħlu parti minnha waqt argument

23
0
SHARE
Advertisement

Lawrence Sultana ta’ 59 sena mir-Rabat Għawdex ingħata sena ħabs sospiza gaħl tliet snin wara li nstab ħati li kkawża ġrieħi gravi lill-eks sieħeb ta’ bintu waqt ġlieda.

Il-każ imur lura għat-30 ta’ Ġunju, bil-ġlieda sseħħ fil-garaxx tad-dar tal-imputat.

Jidher li l-vittma, Lawrence Galea, mar għal xi affarijiet għand l-eks sieħba tiegħu wara li temmew ir-relazzjoni ta’ tliet snin u nofs. Hemmhekk, sab lill-akkużat u minnufih inqala’ argument bejniethom. Galea qal li l-akkużat gidmu f’widnejh u qatagħlu parti minnha barra.

L-akkużat qal li Galea pprovoah għaliex ħebb għalih, u tah diversi daqqiet f’irkopptu u qatagħlu xi ligamenti. Huwa qal li gidmu bħala mezz biex jipproteġi lilu nnifsu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-verżjoni tal-vittma hija iktar kredibbli minn tal-akkużat u l-familja tiegħu, hekk kif inħass li din tal-aħħar kienet verżjoni eċċessiva. Żied jingħad, li biex wieħed jiddefendi ruħu ma jigdimx persuna oħra, u li minkejja li l-provokazzjoni tal-vittma wasslet għall-inċident, l-aġir ta’ Lawrence Sultana mhux ġustifikat.

Sultana nstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh, u ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin, flimkien ma’ garanzja personali ta’ €2,000 fil-konfront tal-vittma.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here