Home One News Sieq EZL teħilha mal-mibegħda fuq il-profil ta’ Jason Azzopardi

Sieq EZL teħilha mal-mibegħda fuq il-profil ta’ Jason Azzopardi

3
0
SHARE
Advertisement

Donnu għal xi wħud m’hemmx limitu għall-mibegħda politika, u Edward Zammit Lewis spiċċa mżeblaħ fuq il-paġna ta’ Jason Azzopardi għax qed jirkupra minn inċident sfortunat li kellu numru ta’ ġimgħat ilu.

Għal xi żmien, Edward Zammit Lewis kellu jibqa’ d-dar wara li kien operat u issa li beda jirkupra, kompla bil-ħajja tiegħu bl-għajnuna ta’ dik magħrufa rom splint. Dan huwa apparat mediku li jżomm ma’ saqajh bil-għan li tinżamm stabbli.

Dan l-apparat deher fir-ritratt li kien imxerred fuq il-profil ta’ Jason Azzopardi wara li ż-żewġ politiċi pparteċipaw fuq dibattitu ta’ The Malta Independent. Dlonk wieħed mill-kummenti ta’ Jeremy Castillo kien jekk Zammit Lewis żelaqx fil-gideb tiegħu jew jekk weġġax waqt li kien qed jigdeb għal Joseph Muscat:

“Or did he injure himself lying on his sword for his master Joseph?”, biex nikkwotaw eżatt.

Fost l-ewwel li għamlet like kien hemm is-sieħba ta’ Jason Azzopardi, filwaqt li Zammit Lewis innota kif Jason Azzopardi ma kienx kapaċi jimmodera kumment bħal dan.

Saħansitra kien hemm min innota li dan mhux biss kumment tal-mistħija, iżda alla ħares kien bil-kontra.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here