Home One News Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħ’Attard

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħ’Attard

8
0
SHARE
Advertisement

Sewwieq ta’ mutur ta’ 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien incolut f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard iktar kmieni llum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard, meta mutur tat-tip Daelim misjuq mill-vittma, li jgħix il-Mosta, ħabat ma’ karozza tal-għamla Alfa Romeo, misjuqa minn raġel ta’ 73 sena minn Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here