Home Net News L-abbużi fuq il-minorenni – bżonn ta’ tiġdid fil-leġiżlazzjonijiet

L-abbużi fuq il-minorenni – bżonn ta’ tiġdid fil-leġiżlazzjonijiet

20
0
SHARE
Advertisement

Wasal iż-żmien li pajjiżna jaġġorna l-leġislazzjonijiet li tirrigwardaw akkużi ta’ abbużi fuq minorenni.

Dan ħareġ minn seminar organizzat minn Emotional Stress Support, li hu ffurmat minn grupp ta’ professjonisti li jaħdmu fil-privat biex joffru appoġġ lil min ikun għaddej minn xi trawma.

Dan is-seminar kien l-ewwel okkażjoni biex l-istakeholders kollha fis-settur jinġabru taħt saqaf wieħed ħalli jifformulaw x’inhu l-aħjar li jsir fil-futur … f’dan il-każ fejn jidħol akkużi ta’ abbużi fuq minorenni.

NET News tkellem mal-Psikjatra Joe Cassar, li spjega l-importanza ta’ seminar bħal dan.

Matul l-attività kienet enfasizzata l-ħtieġa ta’ strateġija nazzjonli għal sistema aktar trasparenti u eħfef għall-vittma. Dan qed isir billi jkunu segwiti proċeduri li ilhom għexieren ta’ snin jintużaw b’suċċess fir-Renju Unit.

Fost għadd ta’ kelliema oħra, kien hemm Monica Hanaway, Psikoterapista li fir-Renju Unit taħdem direttament mal-vittmi daqskemm ma’ min iwettaq l-abbużi, partikolarment fejn ikunu nvoluti minorenni.

Il-kelliema tas-seminar innutaw kif sal-lum, il-vittmi għadhom iħossuhom li huma espost għal min abbużahom. Dan hekk kif, anke jekk protetti biex jixhdu f’video conference, min ikun wettaq l-abbuż xorta jkun jaf min hu l-vittma.

Għaldaqstant, kien spjegat kif proċeduri bħal dawk segwiti fir-Renju Unit jagħmilha aktar faċli għall-vittmi, iżda wkoll għall-awtoritajiet, fejn kien mitlub li jingħata aktar ċans b’użu ta’ Inkjesta Maġisterjali ħalli l-investigazzjonijiet isiru aktar bil-galbu.

 

The post L-abbużi fuq il-minorenni – bżonn ta’ tiġdid fil-leġiżlazzjonijiet appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here