Home One News Jinżamm taħt arrest preventiv wara li ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel...

Jinżamm taħt arrest preventiv wara li ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel f’Birkirara

6
0
SHARE
Advertisement

Joe Zahra ta’ 34 sena minn San Ġiljan qed jinżamm taħt arrest preventiv wara li darab raġel ieħor waqt argument f’Birkirkara. Il-każ seħħ jumejn ilu f’residenza privata fi Triq Tumas Galea.

L-Ispettur Christina Delia akkużat lill-Zahra li darab serjament lill-Timothy Mangion ta’ 20 sena b’daqqiet ta’ sikkina, mingħajr l-intenzjoni li joqtlu.

L-argument seħħ fid-dar ta’ Mangion għall-ħabta ta’ 12:00. Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit żgassaw il-bieb u kellhom jisparaw bit-taser biex iwaqqfu lil Zahra. L-aggressur irnexxielu jaħrab billi qabeż fil-bitħa ta’ dar oħra u kien hawn li l-pulizija sparat tiri ta’ twissija fl-ajru biex twaqqaf lil Zahra.

L-aggressur huwa persuna magħruf mal-Pulizija, hekk kif fl-2012 ġie akkużat bil-qtil tal-barbier Mario Galea, meta hu flimkien ma żagħżugħ ieħor imbuttaw lil Galea quddiem taxi u spiċċa mgħaffeġ taħtha.

L-Avukat Difensur Martin Fenech talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ċaħdet dan u talbet li jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here