Home One News Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri tal-U.E. u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġis...

Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri tal-U.E. u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġis mill-karozzi

6
0
SHARE
Advertisement

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli qed tmexxi l-Parliament Ewropew fl-ewwel taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Dan inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministri Ewropej tal-Ambjent adottaw l-pożizzjoni dwar it-tnaqqis tat-tniggis mill-karozzi, ingħata bidu għat-taħditiet bejn it-tliet istituzzjonijiet, fil-proċess magħruf bħalha ‘trilogue’.

Hija l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli, li qed tmexxi n-negozjati f’isem il-Parlament Ewropew wara li l-proposti leġislattivi tagħha ġew adottati b’maġġoranza b’saħħitha ftit tal-jiem ilu fi Strasburgu.

“Il-Parlament Ewropew kien ċar fil-pożizzjoni tiegħu li l-emissjonijiet mis-CO2 jridu jonqsu b’20% sal-2025 u b’40% sal-2030. Bħalha Parlament qbilna wkoll li ndaħħlu miżuri ġodda li jissalvagwardjaw l-ambjent, li jrahhsu l-prezz ghall-konsumaturi, li jnaqqsu l-ispiza fix-xiri ta’ fuels, filwaqt li jsir investiment fl-infrastruttura u jkunu protetti l-ħaddiema,” Dalli qalet lill-Kummissarju Ewropew għall-Klima, Miguel Arias Cañete.

Minkejja l-proposti aktar dgħajfa maqbula minn naħa tal-Kunsill tard it-Tlieta filgħaxija, numru ta’ pajjiżi, aktar minn 17, qalu li ma jaqblux ma’ miri anqas ambizzjużi minn dawk li qabel dwarhom il-Parlament Ewropew.

Fosthom kien hemm pajjiżi, li jinkludu d-Danimarka, l-Irlanda, l-Lussemburgu u Slovenja, li wkoll ħarġu stqarrija biex jinsistu u jesprimu d-diżappunt tagħhom wara l-ftehim tal-Kunsill Ewropew, bit-tama li jkun il-Parlament Ewropew li jerga’ jsaħħaħ il-liġi.

Fuq Twitter, kienu bosta l-pajjiżi u organizzazzjonijiet li qalu li hemm bżonn ta’ aktar ambizzjoni u li jafdaw f’idejn Miriam Dalli biex tinnegozja pożizzjoni aktar b’saħħitha. Fosthom il-Ministru tal-Ambjent Żvediża Karolina Skog, l-Olanda u anke’ Malta. BEUC, l-organizazzjoni tal-konsumaturi fuq livell Ewropew, qalet li kienet tistenna aktar minn għand il-pajjiżi Ewropej.

“Il-Parlament Ewropew irid jibqa’ sod fil-pożizzjoni tiegħu u jimbotta lill-istituzzjonijiet l-oħra biex iżidu l-miri għall-2-25 u 2030,” qalet BEUC.

F’kummenti li tat Dr Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni tal-Istati Membri iżid id-determinazzjoni tagħha biex tinnegozja riżultat aktar b’saħħtu f’isem il-Parlament Ewropew.

“Se nibqa’ nimbotta għal-leġiżlazzjoni li verament tagħmel ġid lill-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħna,” sostniet Miriam Dalli.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here