Home Net News Inżul tal-emerġenza għall-astronawti abbord is-Soyuz

Inżul tal-emerġenza għall-astronawti abbord is-Soyuz

4
0
SHARE
Advertisement

Astronawt Amerikan u ieħor Russu kellhom jagħmlu nżul tal-emerġenza wara li r-rocket li kienu fuqu, is-Soyuz, żviluppatlu xi ħsara ftit wara t-tluq.

L-astronawti, l-Amerikan Nick Hague u r-Russu Alexey Ovchinin, kienu fi triqthom għal missjoni ta’ sitt xhur abbord l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS). Ftit wara t-tluq mill-bażi ta’ Baikonur, fil-Każakistan, żviluppat ħsara bil-booster rocket tas-Soyuz u kellhom jagħmlu ħruġ ta’ emerġenza lura lejn id-dinja. Huma nstabu ftit wara qawwijin u sħaħ. Il-kapsula bl-astronawti fiha niżlet madwar 500 kilometru minn Baikonur, qrib il-belt ta’ Dzhezkazgan.

Wara l-inċident, ir-Russja qalet li għalissa kienet se tissospendi t-titjiriet bis-Soyuz sakemm l-investigazzjoni ssib x’ġara.

The post Inżul tal-emerġenza għall-astronawti abbord is-Soyuz appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here