Home Net News Ħerba fi Florida wara l-Uragan Michael

Ħerba fi Florida wara l-Uragan Michael

6
0
SHARE
Advertisement

Hemm ħerba sħiħa fil-Majjistral ta’ Florida wara li għadda l-Uragan Michael. Dan kien it-tielet uragan l-aktar qawwi li qatt wasal fl-Istati Uniti. Il-qawwa tar-riħ laħqet il-250 kilometru fis-siegħa; tqaċċtu s-siġar u s-soqfa mid-djar u taru l-karozzi mit-triq.

Żewġ persuni tilfu ħajjithom f’dan il-maltemp, li issa ddgħajjef u mhux iktar jitqies bħala uragan imma maltempata tropikali.

Dan il-maltemp issa qed jersaq lejn North u South Carolina li għadhom qed jirkupraw mill-uragan l-ieħor li laqathom ix-xahar li għadda.

Dan l-uragan qed jitqies bħala t-tielet l-aktar qawwi wara dak tal-1935 li laqat l-Istat ta’ Florida u dak tal-1969, l-Uragan Camille, li laqat lil Mississippi. Il-vittmi kkonfermati kienu raġel li nqatel meta tgħaffeġ minn siġra f’Gadsden County, filwaqt li f’Seminole County, Georgia, tifla ta’ 11-il sena mietet fejn il-karavan fejn kienet qed toqgħod meta tgħaffġet minn xi bċejjeċ tal-ħadid li ttajru mir-riħ.

The post Ħerba fi Florida wara l-Uragan Michael appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here