Home One News Ammont ta’ tajr protett jinstab mejjet ġo freezer

Ammont ta’ tajr protett jinstab mejjet ġo freezer

11
0
SHARE
Advertisement

Speċi differenti ta’ tajr protett instabu fi freezer ta’ dar privata wara tfittxija mill-Pulizija.

Fi stqarrija mill-Pulizija kien spjegat kif kmieni l-Ħamis, l-Iskwadra tal-Infurzar tal-Liġi għamlu spezzjoni f’għalqa fil-limiti ta’ Il-Ballut f’Marsaxlokk, b’rabta ma’ rapporti ta’ kaċċa illegali. Dan fil-preżenza ta’ żewġt irġiel, li għandhom 31 u 65 sena rispettivament.

Għalkemm ma nstab xejn suspettuż fl-għalqa, jidher li waqt tftixxija separata fir-residenza tal-irġiel f’Ħal Tarxien, instabu diversi għasafar protetti mejta miżmuma fi freezer, fosthom Margun, Għasfur ta’ San Martin, Igrett Isfar, u żewqt isqra tal-ħanniena.

It-tajr li nstab kien mgħoddi kollu lill-Wild Birds Regulations Unit.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here