Home One News Il-Gvern Taljan jilħaq ftehim dwar kif għandu jintemm il-faqar

Il-Gvern Taljan jilħaq ftehim dwar kif għandu jintemm il-faqar

43
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern popolista Taljan laħaq ftehim fuq l-infiq hekk kif qed jipprova jtemm il-faqar bl-ewwel baġit tiegħu.

Stqarrija konġunta mill-Ħames Stilel u l-Lega tard il-Ħamis qalet li huma leħqu ftehim sabiex id-defiċit fil-baġit ikun fil-livell ta’ 2.4% tal-prodott domestiku gross.

Dan wara li l-amministrazzjoni qalet li kien hemm nuqqas ta’ qbil mal-Ministru tal-Ekonomija Giovanni Tria. Huwa ried li jnaqqas l-infiq biex ma jiżdiedx id-dejn, li jaqbeż iż-żewġ triljun ewro.

Issa li l-pjanijiet ġew deċiżi, dawn iridu jkunu approvati mill-Parlament f’Ottubru.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here