Home One News Tintemm it-tilwima bejn il-UĦM u l-Aġenzija Sapport

Tintemm it-tilwima bejn il-UĦM u l-Aġenzija Sapport

3
0
SHARE
Advertisement

Dalgħodu l-UĦM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ biex tkun tista’ ssir laqgħa b’għan ta’ ftehim aħħari mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Madanakollu baqa’ pendenzi li fuqhom ma ntlaħaqx qbil.

 Tard waranofsinhar il-laqgħa bejn il-union, l-entità governattiva u l-Ministeru konċernat komplew fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema laqgħat ġew moderati u mmexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dawn it-taħdidiet wasslu għal ftehim finali.

 Il-UĦM irtirat b’hekk l-azzjonijiet industrijali u t-tilwima industrijali li kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here