Home Newsbook Qtajja’ ta’ 300 għasfur tal-priża ipassu minn Malta

Qtajja’ ta’ 300 għasfur tal-priża ipassu minn Malta

6
0
SHARE
Advertisement

Kienu osservati qtajja kbar ta’ Bagħadan u Kuċċard li passeww minn fuq Malta. Skont l-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, ilbieraħ kien l-aktar jum fejn passew tjur tal-priża f’dawn l-aħħar snin, xi uħud mit-tajr passa anka f’qatgħa ta’ 300 f’salt.

Il-passa kompliet sa filgħaxija u jidher li ammont kbir mit-tajr ma raqadx f’Malta u baqa’ sejer lejn in-Nofsinhar. Kif spjegaw fi stqarrija, l-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, dan jista’ jkun minħabba li t-temp hu xi ftit instabbli fuq il-baħar bħalissa. Il-passa kienet irrapurtata wkoll minn xi sajjieda li rawha għaddejja minn madwar Malta.

L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu osservat li kulħadd żamm mal-liġi u ma kienx hemm sparaturi fuq dawn l-għasafar anka jekk kienu f’ammonti kbar. Hija kompliet billi qalet li BirdLife Malta u CABS naqsu milli jippubblikaw dan l-avveniment u qalet li dawn jitkellmu biss meta jsibu xi għasfur mejjet. L-għaqda qalet li dawn għandhom jinkoraġixxu lin-nies biex igawdu dawn l-avvenimenti li jkunu qed isiru f’Malta.

The post Qtajja’ ta’ 300 għasfur tal-priża ipassu minn Malta appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here