Home Newsbook Ma jinħelisx għax seraq minn fuq ix-xogħol     

Ma jinħelisx għax seraq minn fuq ix-xogħol     

6
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 31 sena inżamm arrestat wara li qal li m’hux ħati ta’ serq ta’ flus minn ristorant li għadu qed jaħdem fih. Huwa kien akkużat li seraq minn fuq il-post tax-xogħol tiegħu stess u li seraq persuna li jaħdem fl-istess post miegħu.

Il-prosekuzzjoni ma laqgħetx it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. Dan minħabba li x-xhieda għal dan il-każ għadhom iridu jixhdu fil-qorti u hemm iċ-ċans li l-akkużat jinfluwenzahom minn qabel. Dan għaliex l-akkużat kien għadu qed jaħdem fl-istess post tax-xogħol fejn ix-xhieda jaħdmu.

Wara li l-Qorti semgħet dak li kellhom xi jgħidu ż-żewġ naħat, hija ddeċidiet li f’dan l-istadju l-akkużat ma jistagħx jingħata l-ħelsien mill-arrest għax mhux se jkun kapaċi jissodisfa l-kundizzjonijiet li se jkunu imposti fuqu.

The post Ma jinħelisx għax seraq minn fuq ix-xogħol      appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here