Home Newsbook Konfermati każijiet tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-Ewropa

Konfermati każijiet tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-Ewropa

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Belġju kkonferma li sabu każijiet tad-deni Afrikan tal-qżieqeż wara li nstabu diversi ħnieżer slavaġġ mejta fid-distrett viċin il-fruntiera ma’ Franza. Il-marda kienet preżenti fl-irziezet tal-Lvant tal-Ewropa u ċ-Ċina, saħansitra pajjiżi fl-Unjoni Ewropea bħar-Rumanija. Il-preżenza tal-marda fil-Punent tal-Ewropa taf thedded lill-industrija f’din iż-żona.

L-Aġenzija Belġjana dwar is-sigurtà tal-ikel qalet li d-deni Afrikan tal-qżieqeż instab fid-distrett ta’ Etalle viċin il-fruntieri ma’ Franza. Is-suspett li l-virus setgħa qatel il-ħnieżer slavaġġ li nstabu mejta kien ikkonfermat. Dan huwa l-ewwel każ fil-Belġju wara iktar minn tletin sena.

Il-pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa provaw jwaqqfu lill-marda milli tkompli tinfirex wara l-preżenza tad-deni kien irappurtat fil-Lvant tal-Ewropa.

Franza ħadet il-miżuri għal din l-aħbar hekk kif żiedet is-sorveljanza f’diversi partijiet ta’ Franza li qegħdin mal-fruntiera tal-Belġju. Ittieħdu wkoll miżuri biex l-irziezet tal-ħnieżer u l-biċċerji jkunu protetti.

The post Konfermati każijiet tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-Ewropa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here